Ħinijiet tal-ftuħ

Iċ-Ċentru huwa miftuħ is-sena kollha mit-Tlieta sal-Ħadd inklużi Festi Pubbliċi.

Ħinijiet tax-Xitwa: mid-9.00 sa 15.00 (l-1ta’ Ottubru sa 30ta’ Ġunju )

Ħinijiet tas-sajf: mid- 9.00 sa 12.30 (1ta’ Lulju sa 30ta’ Settembru)

Iċ-Ċentru ikun magħluq nhar ta' Tnejn, kif ukoll fil-Milied, nhar l-ewwel tas-sena, il-Gimgha l-Kbira, Ħadd il-Għid u l-15 Awissu.

Ħinijiet tad-dimostrazzjoni

Għandna żewġ dimostrazzjonijiet kuljum fix-Xitwa fil-11:00 u fis-14:00

Għandna dimostrazzjoni waħda kuljum fis-Sajf fil-11:00 ((naċċettaw dimostrazzjonijiet wara nofsinhar fis-Sajf fuq talba għal gruppi - jekk jogħġbok ikkuntattjana għal aktar dettalji)

(Temp jippermetti – fi ġranet mirjieħ) sessjonijiet ta’ għasafar fuq l-idejn isiru minflok

Miżati għal entratura

  • Adulti: €8.00 (13+)
  • Tfal: € 4.00 (tfal iżgħar minn 3 snin jidħlu B’XEJN)
  • Pakkett għal-familja 2 adulti and 2 tfal: €22
  • Skontijiet għal-gruppi (aktar minn 20. persuna)
Jekk jogħġbok innota: L-ebda karti ta' kreditu mahuma aċċettati

Esperjenza ta’ falkunerija

Fil-Malta Falconry Centre, noffru esperjenza unika - l-eċitament tal-arti tal-falkunerija. Din l-esperjenza ta’ falkunerija hija mogħtija fuq stil ta’ kors. Bit-twettiq ta' dawn l-esperjenzi wieħed jsir jaf aħjar il-metodi ta' teknika ta' l-arti tal-falkunerija u jikseb għarfien kif jista’ jkun falkunier.

Din l-esperjenza hija offruta f’żewg modi

L-esperjenza nofs ta’ nhar tintroduċi lil parteċipant għall-bażi tal-falkunerija u tipreparah biex ikun jaf kif dawn l-għasafar jiġu mħarrġa b’teknici tal-falkunerija. (Disponibbli fix-xitwa u fis-sajf)

L-esperjenza ta’ ġurnata sħiħa tippermetti lill-parteċipanti li jsiru jafu aktar dwar it-tekniki tal-falkunerija u jkollha wkoll żmien biżżejjed biex ittajjar għasafar tal-priża wara t-tagħlim kif tieħu ħsieb u trawwem dawn l-għasafar. Ċertifikat ta’ parteċipazzjoni jingħata mat-tlestija ta' din l-esperjenza. (Disponibbli fix-xitwa biss)

Prezzijiet

  • Esperjenza ġurnata sħiħa (5hours): € 100.00
  • Esperjenza nofs ta 'nhar (3hours): € 50.00

Din l-esperjenza hija offruta għall-etajiet kollha. Tfal taħt l-età ta’ 10 snin għandhom ikunu akkumpanjati minn adult wieħed. Hija meħtieġa prenotazzjoni.

Tadotta għasfur:

Il-Malta Falconry Centre tagħti l-opportunità lill-pubbliku ġenerali biex wieħed jadotta għasfur mill-kollezzjoni misjuba fiċ-Ċentru. L-għasafar kollha jistgħu jiġu adottati skond ix-xewqa ta’ l-individwu, kemm jekk għasfur wieħed jew aktar minn wieħed.

Addozzjoni tinkludi:

2 ċertifikati - wieħed jingħata lid-detentur u wieħed fl-entratura prinċipali taċ-ċentru

Sett ta 'ritratti uniċi tal-għasafar adottati mibgħuta bil-posta elettronika

Email informattiv dwar l-għasafar adottata

Adozzjoni €50 kull għasfur għal sena

Għal aktar dettalji jekk jogħġbok ikkuntattjana bl-email jew meta jżuru ċ-ċentru tagħna.

Ebda annimali domestiċi ma huma permessi

FaLang translation system by Faboba

Donate

Thank you for your donation.

Amount:


Who's Online

We have 2 guests and no members online

Languages available

Bird News

Researchers find less Salmonella on backyard poultry farms. But concerns remain about the prevalance of multidrug-resistant bacteria on both large...
Read more...
Their first vocalizations help young zebra finch males to memorize the songs of adults.
Read more...
Every cuckoo is an adopted child -- raised by foster parents, into whose nest the cuckoo mother smuggled her egg....
Read more...
How do birds fly in a coordinated and seemingly effortless fashion? Part of the answer lies in precise, and previously...
Read more...